Apparti l-miżuri u r-restrizzjonijiet, l-awtoritajiet tas-saħħa qatt ma waqfu jenfasizzaw l-importanza li naħslu idejna b'mod frekwenti. Fuq il-paġna UNICEF, ġew ippubblikati ritratti ta' Karamat, tifla ta' 11-il sena li xtaqet turi kif għandna naħslu idejna sew.

"Karamat ta’ 11-il sena turina kif taħsel idejha fir-Rajasthan, l-Indja. Matul il-pandemija Covid-19, wieħed mill-orħos modi, l-eħfef, u l-aktar importanti biex jitnaqqas it-tixrid tal-virus huwa li taħsel idejk spiss bis-sapun u l-ilma."

Bosta kienu li xerrdu dan l-appell u qalu li dawn in-nies fl-Indja għandhom ikunu ispirazzjoni għalina. L-ilma fil-pajjiż huwa skars, iżda għas-saħħa xorta waħda jirnexxielhom iżommu ruħhom nodfa kif sippost.


Kyle Zarb