Il-Preżentaturi tal-programm Ħadd Għalik ma setawx għażlu kostum aħjar li jgħaqdu t-3 preżentaturi f'daqqa. Dawn libsu kollha mill-istess film! Film li ħareġ is-sena l-oħra u kien ta' suċċess enormi! Dan hu ta' ħadd ħlief Aladdin! Fejn Angie libset il-kostum tal-prinċipessa Jasmine, Mario libes ta' Aladdin u PJ huwa l-ġenie. 

Imma x'għandu x'jaqsam Aladdin ma' Ħadd Għalik? Għandu ħafna tafux! Aladdin huwa l-film fejn l-opposti jiltaqgħu. Ħalliel jiltaqa' mal-ogħla awtorita fil-pajjiż. Bhal ma tafu l-islogan tal-programm Ħadd Għalik hu proprju dak. 

Aktar meta tifli l-karattri li għażlu: 

Angie ta' prinċipessa - Angie ta' sikwit tkun bhal prinċipessa Jasmine. Jasmine kellha karattru li tiddefendi lil nisa u semma' leħinha. Kulħadd jaf kemm Angie issemmi leħinha f'diversi suġġetti. Kienet minn tal-ewwel biex taqbeż fuq id-drittijiet tal-LGBTIQ. Bhal prinċipessa Jasmine, Angie taf tizfen u ġieli kantat ukoll fi Pjazza tar-raħal!

Mario - Aladin x'kien? Persuna li jaf kull toqba ta' pajjiżu! Allura mhux ovvja Mario kellu jieħu dan il-karattru. Mhemmx post ġewwa Malta li ma jafux. Staqsieh li trid u jgħidlek x'inhu u l-istorja tiegħu. Mario mhux l-ewwel darba rajnieh jisraq ftit punti fil-logħba ta' Mario u PJ. Persuna simpatika immens. 

PJ - Għal min jaf lil PJ jaf kemm hu Drama Queen. Il-Parti tal-Ġenie iqaxxarha għax bhalu jaf jidramatiżża l-affarijiet. Apparti minn hekk il-Genie jagħmel l-impossibli possibli u hekk għamel dejjem PJ. Bil-ftit riżorsi li għandu jirnexxielu jtella' produzzjonijiet kbar fit-televiżjoni lokali. 

Ngħiduha kif inhi nisperaw li fil-programm naraw lil PJ ħiereġ mil-lampa!

Kif tistgħu timmaġinaw il-Ħadd li ġej ser ikunu qedgħin jilagħbu it-tim tal-Karnival Irġiel kontra t-tim tal-Karnival Nisa.

Jirbaħ min jirbaħ, għalina Angie, Mario u PJ ħaqqhom jirbħu l-kostum tal-best effort!


Anthony Baldacchino