Fid-9:30 ta’ filgħodu llum beda jiġi ċċelebrat il-Karnival ta’ Ħal Għaxaq. L-ewwel attività għal din is-sensiela ta’ ċelebrazzjonijiet kienet dik tat-tfal, fejn fiha ħadu sehem l-istudenti kollha tal-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq.

Dan l-avveniment beda fil-pjazza ta’ Santu Rokku u tkompla fil-pjazza. It-tfal kollha libsu kostumi sbieħ mimlijin kuluri u innovazzjoni. L-għalliema u l-madam tal-iskola wkoll libsu tal-Karnival! F’dawn iż-żminijiet il-kreattività ta’ bosta nies verament toħroġ. Ninsab ċerta li anke l-ġenituri jkunu looking forward għal xi ħaġa bħal din! Avvenimenti bħal dawn jiżguraw l-għaqda bejn l-istudenti tal-iskola kif ukoll bejn il-kollegi nnifishom.

madam
Ritratt: Facebook/Karnival Tradizzjonali Għaxqi

Flimkien ma’ dawn it-tfal kollha kien hemm ukoll il-banda ddoqq! Intom kontu hemm dalgħodu? Jew sejrin tiċċelebraw il-Karnival ta’ Ħal Għaxaq fil-weekend?

Facebook/Karnival Tradizzjonali Għaxqi


Nicole Barbara