Ċertu partijiet f'Malta huma magħrufa għall-fatt li jżommu l-ilma u x-xita li niżlet dalgħodu u għadha niżla żgur li kkontribwiet sabiex f'postijiet jinġbar ftit ilma mhux ħażin. Il-paġna lokali ta' Facebook It-Temp Madwarna qasmet xi ritratti minn ġo Burmarrad!

Kif wieħed jista' jilmaħ inġabar ħafna ilma fit-triq prinċipali u wkoll fl-għelieqi tal-madwar li jidhru mgħerrqa bix-xita li ġa niżlet! Nittamaw li s-sitwazzjoni fit-toroq Maltin titjieb għas-sewwieqa u dawk li ħidmiethom tirrikjedi li jkunu barra.

Ħudu ħsieb u provaw evitaw ċerti postijiet magħrufa li jżommu ħafna ilmijiet!


Emil Calleja Bayliss