Audrey Marie Bartolo, il-kantanta Għawdxija li kienet qrib ħafna ta' Michela Pace minħabba l-fatt li Michela bdiet titgħallem il-kant proprju magħha u ma' ommha Marlene, ilbieraħ qasmet ftit ritratti ta' kif armat id-dar tagħha għall-festa ta' Halloween.
Aħna kif rajna dawn ir-ritratti għamilna kuntatt ma' Audrey Marie. Hi qaltilna li tħobb tarma imma tarma għal żewġ festi tista' minbarra l-festa tar-raħal, dik ta' Halloween u mbagħad dik tal-Milied.
Timmaġina jkollok sodda armata hekk?
Jew inkella xi ħaġa mhux daqshekk drastika imma oriġinali xorta waħda għax joħroġ riżultat ħelu...
Ma' dawk tixħet fatat fil-kantuniera...
U ftit armar anke mal-kumplament tal-kamra...
Kollox maħsub sal-inqas dettall...
Qaltilna li fadlilha tarma t-tieqa wkoll... imma l-armar s'issa hu wieħed verament tal-ġenn. Audrey qaltilna li hi diġà xtrat il-ħelu għat-tfal biex dakinhar ta' Halloween ikollha xi tqassam għax verament tieħu gost tara tfal jifirħu.
Facebook / Audrey Marie Bartolo