Is-sħana tagħmel b'kulħadd u għalkemm it-temp donnu ħa jibda jinbidel tfaċċa ritratt ta' Kevin Paul idoqq il-kitarra b'differenza! F'dan l-imbierek ritratt Kevin jidher li qed idoqq il-kitarra bla ħwejjeġ! Kien hemm min kien sorpriż b'dan ir-ritratt.

Ritratt: Instagram / Kevin Paul

Aħna ta' Gwida.mt indagajna naqra u skoprejna li Kevin kien liebes ħwejjeġ. Jidher li l-kantant lokali kien liebes malja u kien qed idoqq ħdejn il-pool f'xi avveniment privat! Jekk għandkom id-dubju sibna ritratt ukoll ta' Kevin minn wara!

Ritratt: Instagram / Kevin Paul

Il-kantant lokali bħalissa qed igawdi suċċess fix-xena lokali bil-kanzunetta IDWK li qed tiddomina l-klassifiċi lokali. Ħafna jinsabu ħerqana sabiex jisimgħu materjal ġdid mill-kantant lokali u forsi filmat ieħor interessanti bħal ma' ħareġ ma' IDWK.

Instagram / Kevin Paul


Emil Calleja Bayliss