Illum sar il-funeral ta' Miguel, it-tfajjel ta' disa' snin li għadda għall-ħajja ta' dejjem ftit jiem ilu. Il-futbol klabb ta' Birkirkara kien hemm preżenti biex jagħti l-aħħar tislima lit-tfajjel, li kien jilgħab mal-istess klabb.

Fuq il-paġna tagħhom il-klabb kiteb, "illum tajna l-aħħar tislima... kienet l-aħħar opportunità biex nuru l-imħabba kbira lejn Miguel li ta' disa' snin ħalliena. Aħna dejjem nibqgħu niftakru bħala tfajjel mimli mħabba, li tieħu ħsieb ħaddieħor bi tbissima fuq fommok waqt li tilgħab il-futbol."

Huma jkomplu jiktbu, "Miguel kien ħabib għażiż għal ħafna tfal oħra tal-età tiegħu li attendew ukoll il-funeral tiegħu u wrew rispett. Se nkomplu nżommu l-familja ta' Miguel, li għadhom jibqgħu parti mill-komunità tagħna, fil-ħsibijiet u t-talb."

Strieħ fis-sliem Miguel. Kompli ħares fuq il-ġenituri tiegħek, fuq qrabatek u ħbieb li żgur ħa jħossu in-nuqqas tiegħek bil-kbir.

Facebook / Puttinu Cares


Emil Calleja Bayliss