Illum il-Ħadd 18 t’April, l-Insara Maltin u Għawdxin jistgħu jerġgħu jibdew jiltaqgħu l-Knisja għall-quddiesa tal-Ħadd. L-Arċisqof Scicluna lbieraħ tella’ messeġġ fuq il-midja soċjali fejn stieden lil dawk kollha li jistgħu biex jinġabru fil-knisja. Fl-istess ħin, il-kongregazzjoni hi ġiet imħeġġa tħares l-miżuri kollha kontra t-tixtrid tal-virus. 

U x'qed isir illum fil-knejjes tagħna?

Fil-fatt kif jidher biċ-ċar fir-ritratti li xerrdu fuq il-paġna uffiċjali L-Arċidjoċesi ta' Malta, ir-restrizzjonijiet qed jiġu mħarsa u kulħadd qed jibqa' kawt waqt li jattendi għall-quddiesa.


Kyle Zarb