L-ex-sindku Żurrieqi Natius Farrugia xerred fuq il-profil tiegħu ritratti fejn aktar kmieni llum beda r-restawr għal dawn ix-xogħlijiet artistiċi li ħadmu b'tant passjoni u imħabba missirijietna.

df

"Bħalissa qed isir restawr tat-torrijiet tal-Bebbux fi Triq il-Qrendi. Wara ħafna tentattivi tkellimt u ressaqt fil-Kunsill Lokali lill-persuni li kapaċi jagħmlu dan..." Jidher li skont kif ħabbar Natius, beda jittieħed dan ix-xogħol artistiku ġewwa l-fabrika Ta' Qali għar-restawr.

Natius juri dejjem kemm hu importanti għalih xogħol missirijietna, u kif bosta jafu, ir-raħal taż-Żurrieq jibqa' f'qalbu għal dejjem.

Prosit lil Natius, il-Kunsill Lokali u lill-ħaddiema kollha ta' dan kollu li qed jagħmlu għall-ġid tal-irħula tagħna!

df

gf


Kyle Zarb