Lil Angela Agius nafuha bħala l-preżentatriċi tal-programm televiżiv Niskata, kif ukoll bħala omm l-attriċi Lara Azzopardi. Ilbieraħ kienet ġurnata speċjali għal Angela - iċċelebrat għeluq sninha!

Bħala sorpriża, l-familja tagħha għamlulha festin żgħir fejn iċċelebraw din il-ġurnata speċjali. Ta’ dan, Angela rringrazzjat lil familja tagħha… “għamluni nħossni qisni reġina lbieraħ filgħaxija. Kienet sorpriża pjaċevoli. Inħobbkom kollha ħafna.”

Fuq il-midja soċjali, hi rringrazzjat ukoll lil kulħadd għax-xewqat ta’ għeluq sninha. “Li smajt minn tant membri tal-familja u ħbieb ġiegħlni nħossni grata għan-nies mill-isbaħ kollha f’ħajti,” kitbet hi.

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Angela għal għeluq sninha! Nittamaw li jkollok aktar ġranet mimlijin ferħ, sorpriżi u mħabba.

Facebook/Angela Agius


Nicole Barbara