Ftit tal-ħin ilu ħadna dawn ir-ritratti ta' bajja partikolari f'Malta fejn għadd ta' persuni jidhru ġo xulxin, u mingħajr maskra ma' wiċċhom. Sitwazzjoni tal-biki u li jekk ħa terġa' tiġi kif kienet, ser nerġgħu inbatu l-konsegwenzi.

hg

Fuq il-midja soċjali hemm xi ritratti oħrajn li ħadu n-nies, fejn juru li d-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskra mhux qed jiġu rrispettati. Fost il-kummenti tara ħafna jikkundannaw din l-attitudni egoista u irresponsabbli. Oħrajn qed iwaħħlu fil-fatt li l-ilbies tal-maskra mhux qed jiġi biżżejjed infurzat fuq il-bajjiet. Dan wara li ħafna kkritikaw ir-restrizzjoni li jekk ma jkunux jgħumu, n-nies riedu bilfors jilbsu l-maskra sakemm jinżlu fil-baħar.

Rajt xi bajja oħra b'sitwazzjoni simili ta' din?

gf


Kyle Zarb