L-iskola Primarja tan-Naxxar xeħtet numru ta' ritratti u anke filmat fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom biex juru kif bdew is-sena skolastika tagħhom. Il-merħba li jagħtu lill-istudenti hi waħda differenti minn dik li wieħed jistenna ssoltu. 

 

Ritratt: Facebook / In-Naxxar Local Council

Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsillieri u l-Amministrazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar ukoll awguraw s-sena skolastika tajba lill-istudenti kollha. "Nixtiequ nieħdu l-opportunità biex nifirħu lis-Surmast tal-Iskola Primarja, is-Sur Renzo Galea, flimkien mal-Għalliema u l-istaff tal-iskola, li ta' kull sena jagħtu merħba mill-isbaħ lil dawn it-tfal b'ideat innovattivi."

Ritratt: Facebook / In-Naxxar Local Council

Minn dan ir-ritratt tistgħu taraw li l-ewwel ġurnata ta' dawn it-tfal tkun waħda kkulurita u li diffiċli li jinsew! Infatti fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali jgħidu li: "it-tfal saru jkunu għatxana jibdew biex jaraw x'se jkun organizzat għalihom."

Ritratt: Facebook / In-Naxxar Local Council

Għanda bżonn aktar inizzjattivi bħal dawn fl-iskejjel lokali biex inkomplu nresqu t-tfal lejn l-iskola! Nafu fiċ-ċert li ħafna u ħafna għalliema jagħmlu minn kollox sabiex jassiguraw li t-tfal mhux talli jibdew fuq nota pożittiva, talli jkomplu s-sena skolastika hekk! Prosit tassew!

Facebook / In-Naxxar Local Council


Emil Calleja Bayliss