Oriġinarjament mill-Bulgarija imma uffiċjalment iddikjarata Maltija wara 30 sena tgħix f’Malta, Ilina Filipova hija artista li tpitter xeni mill-isbaħ ta’ pajjiżna li diffiċli ma tħarisx lejhom minn tal-inqas darbtejn!

ilina

Ilina ilha toħloq xogħlijiet ta’ arti minn meta kienet żgħira. Hi tgħid li tispira ruħha l-iżjed mix-xemx, mir-ramel u l-baħar. Bla dubju li t-300 jum ta’ xemx li joffri pajjiżna jagħti lil Ilina l-enerġija biex tpitter ix-xeni rustiċi lokali tagħna.

ilina

Ilina tqatta’ ħafna ħin ma' individwi li jixtiequ jżejnu d-dar jew l-uffiċċji tagħhom bix-xogħolijiet tagħha. Apparti minn xeni Maltin, Ilina ġieli tpitter ukoll suġġetti oħra, fosthom fjuri, nudi, annimali u xeni storiċi u reliġjużi.

ilina

Kull min jixtieq jara aktar ritratti tal-pitturi ta’ Ilina, jista’ jidħol fuq www.artofilina.com jew inkella jżur il-paġna ta’ Facebook tagħha HAWNHEKK.

ilina

Facebook/Ilina Filipova


Nicole Barbara