Sarah Zerafa ilbieraħ tefgħet messaġġ pożittiv wara li saret taf li hi u David rebħu premju BEST OVER ALL CONTENT CREATOR mingħand Lovin Malta Awards. Jidher li l-pubblik għadu sal-lum japprezza l-kreattività u l-kontenut oriġinali tagħhom.
"Grazzi talli vvutajtli. Grazzi talli emmint fija u fix-xogħol tiegħi. Grazzi talli appoġġajt il-kontenut tiegħi... Dan hu s-sinjal għalik biex qatt ma taċċetta ‘le’ bħala tweġiba. Dan hu s-sinjal tiegħek biex TEMMEN FIK INSIFEK, GĦAX INTI jistħoqlok SUĊĊESS."
Sarah tindirizza lil dawk kollha li jixtiequ din il-linja, u jitfgħu kontenut tagħhom fuq il-midja soċjali, u tgħidilhom biex jibqgħu sodi u jemmnu fihom infushom. Tħeġġiġhom jibqgħu jikreaw il-kontenut tagħhom, akkost ta' kollox. Tirringrazzja kontinwament lil kulħadd tas-sapport.
Prosit Sarah! Tassew li kulħadd jieħu gost li jiġi apprezzat!