Il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ qasmet memorja minn 18-il sena ilu, fil-15 ta’ Settembru tal-2003, fejn kienet għamlet maltempata vera qawwija f’Malta.
Din il-maltempata bir-ragħad kienet damet lejl sħiħ u anke kienu niżlu sa disa’ pulzieri ta’ xita f’diversi postijiet ċentrali f’Malta. Xi partijiet tal-pajjiż kienu anke mgħarrqa, Il-paġna tefgħet ukoll xi ritratti li ttieħdu dakinhar fil-Marsa.
Xi persuni li jiftakru dik il-ġurnata kkumentaw u qalu l-memorji differenti tagħhom. Min sema’ s-sajjetta tfaqqa’, min kellu jivjaġġa lejn l-ajruport u persuna kitbet li kien hemm ħafna persuni li ma ħadmux dakinhar minħabba l-problemi tat-traffiku li nħoloq.