Bħalissa s-sagrifiċċju tal-infermiera tad-dinja kollha huwa verament wieħed kbir. Dawn in-nies qed jagħtu ħajjithom biex jissieltu kontra l-Coronavirus. Fuq il-paġna ta’ Facebook Coronavirus WorldWide, ġew żvelati xi ritratti ta’ kif jidhru l-infermiera wara li jinżaw it-tagħmir protettiv.

“Dawn huma l-uċuħ ta’ wħud mill-infermiera Taljani wara 13-il siegħa twila ta’ xogħol fil-kura intensiva. Ħafna għeja, biża’ u tħassib apparti l-marki, korrimenti u sħana kkawżati minn tagħmir protettiv. Alla jħallashom għas-sagrifiċċju kollu li qed jagħmlu. Qegħdin jagħmlu l-parti tagħhom, nispera li kulħadd iqajjem kuxjenza u jagħmel il-parti tiegħu.”


Nicole Barbara