Ilbieraħ flgħaxija żżewġet l-attriċi Marica Mizzi, Marica żżewġwet lil Joe Cassar ġurnalist fi ħdan Medialink Communications. Il-koppja kellhom żwieġ ċivili u mexxa ċ-ċerimonja s-Sindku ta' San Ġiljan, Albert Buttigieg.

Ritratt: Facebook / Albert Buttigieg

Albert qasam ritratt biex jawgura lil koppja, fuq il-profil ta' Facebook tiegħu kiteb "Esperjenza ġdida. Ilbieraħ wettaqt l-ewwel żwieġ ċivili tiegħi bħala Sindku. Nawgura l-isbaħ xewqat liz-żewġ kollegi u ħbieb tiegħi - Marica u Joe."

Ritratt: Facebook / Charmaine Cardona

Jidher li l-koppja kellhom ċelebrazzjoni żgħira mdawrin bl-aktar għeżież tagħhom. Kien hemm bosta qraba, ħbieb u anke segwaċi ta' Marica li awguraw lil koppja f'dan il-jum speċjali. Ħafna jiftakru lil Marica f'sensiliet bħal Ipokriti, One Star Hotel, Fenomeni u aktar riċenti Santa Monika.

Ritratt: Facebook / Kaylee Mifsud

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja li għażlu li jieħdu dan il-pass! Awguri Marica u Joe!


Emil Calleja Bayliss