Tieġ għall-familja u ħbieb viċin tal-qalb. Hekk kien it-tieġ tal-artista Maltija tant maħbuba Ira Losco li lbieraħ ntrabet mal-maħbub tagħha Sean Gravina permezz taż-żwieġ.

Jidher li l-koppja xtaqet iżomm it-tieġ tagħha modest. U dan ġie rrispettat.

Mid-dehra ċ-ċkejken Harry xeraq ix-xena bil-ħlewwa tiegħu.

Wieħed mill-mistiedna kien Howard Keith Debono fejn tenna li dan kien wieħed mill-isbaħ tieġijiet reali li qatt attenda.

Min-naħa tagħha Ira kitbet fuq instagram li dan kien ‘il-mument ferrieħi tagħhom’ li qattgħuh mal-familjari u l-ħbieb; ġurnata li kienet mimlija b’imħabba u emozzjonijiet.

Awguri mill-ġdid Ira u Sean mingħandna ta’ Gwida!!!

Ritratti: Ira Losco/ Facebook/ Instagram


Clifford Galea