Christopher il-kaboċċ tefa' fil-grupp tiegħu il-kaboċċ u x-xwejħa dwar xi ħaġa li qed jistenna bil-ħerqa biex tirritorna.
Fil-fatt fuq il-grupp tefa' anke parti minn konversazzjoni fejn bagħat isaqsi meta hu possibli li tasallu.
Fil-konversazzjoni Christopher jgħid: "Sentejn mingħajru. Ħa nibki".
Skoprejna li għandu mħabba speċjali għall-ħalib tal-coconut u baqa' sakemm bagħat lill-kumpanija biex jerġgħu jibdew jipproduċu dan il-prodott. "Meta tkun iddisprat għall-ħalib tal-coconut" kiteb Christopher fuq Facebook.
Int tixtiequ jerġa' lura dan il-ħalib?
Facebook/ il-kaboċċ u x-xwejħa