Ilbieraħ kien jum speċjali għal Renato u Alison White. Dawn iż-żewġ veterani, żgur li m'għandhomx bżonn ta' introduzzjoni fix-xena. Renato tista' tgħid li hu ikona fil-qasam tal-kant u l-kanzunetta Maltija filwaqt li Alison hi ikona fil-qasam taż-żfin!
Fuq il-midja soċjali beda jdur ritratt ta' dawn iż-żewġ personalitajiet Maltin li għadhom kif ħadu unur mill-isbaħ f'ċerimonja li jidher li saret ġewwa l-Palazz De Piro fl-Imdina. Ġieħ mill-ordni ta' San Ġwann tal-Grand Priory of Prussia.
Ritratt: Facebook / Kim Elloole
Alison kitbet li hu u Renato jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd li għaddielhom l-awgurju tagħhom. Hi qalet li tinsab emozzjonata u kburija li t-tnejn li huma ġew mogħtija dan il-mertu. Għalqet il-messaġġ tagħha b'imħabba u sliem mingħandhom it-tnejn.
Aħna f'isem Gwida.mt ningħaqdu mal-kumplament ta' messaġġi sbieħ li kemm Alison u kemm Renato irċevew f'dan il-jum. Awguri mill-ġdid, tassew jixraqilkom!
Facebook / Alison White