Għalkemm kulħadd għaddej minn żmien diffiċli, xorta għadu jkollna mumenti sbieħ f’ħajjitna. U tajjeb li fuq il-midja soċjali dawn il-mumenti naqsmuhom ukoll, mhux hekk? Hermann Bonaci għadu kif żvela ritratt ħelu wisq mal-mara tiegħu Antoinette.
Dan juri lil Herman u Antoinette mdawwrin bil-ġriewi li riċentament kellha l-kelba tagħhom Layla! Fir-ritratt jidhru minn tal-inqas ħames ġriewi, bl-omm Layla qed tbus lil Antoinette.
Ritratt ħelu wisq! L-annimali huma l-aqwa terapija u jġibulna wisq ferħ.
Facebook/Hermann Bonaci