Charles Van Maarschalkerweerd Borg, wieħed mid-disinjaturi tad-ditta Charles & Ron, għadu kif ħabbar li qed jinbiegħu maskri ta’ C&R foloz.

“Sfortunatament xi ħadd qed juża maskri bil-logo foloz, dawn mhumiex tagħna. Min qed ibiegħ jew jikkopja għandu jieqaf,” kiteb Charles fuq il-midja soċjali.

Kull min jixtieq maskra ta’ Charles & Ron għandu jixtriha biss mingħandhom - dawk li qed jinbiegħu minn terza persuni hemm ċans kbir li jkunu kkupjati u foloz. Naturalment dan hu ta’ insult kbir kemm għal Charles u kemm għal Ron, li tant jagħtu ħin biex jiddisinjaw il-prodotti tagħhom.

Facebook/Charles van Maarschalkerweerd Borg


Nicole Barbara