Jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien minn fuqna, perfetti qatt mhu ħa nsiru u jista' jkun jiġu mumenti fejn it-tensjoni u l-inkwiet ikun ħa jirbaħna. Madanakollu jeżistu pariri siewja ta' kif bħala ġenituri nistgħu nikkontrollaw aktar il-mod kif inkunu hemm għal uliedna f'perjodi diffiċli bħal ma għadna kif għaddejna.
"Il-Covid-19 jista' jkun stressanti u konfuż għat-tfal. Xorta waħda għandek tkun paċenzjuż mat-tfal biex tgħinhom jifhmu u jħossuhom aktar siguri." - hekk kitbu fuq il-paġna tagħhom il-WHO. Flimkien ma' dan il-kliem huma xerrdu dan il-parir t'hawn taħt biex wieħed jaħseb iktar dwar l-importanza ta' kif naffaċjaw suġġett bħal dan ma' uliedna.
"Tkellem bil-kalma ma' uliedek, uża kliem li jifhmu u agħtihom aktar kuraġġ billi tingħaqad magħhom għal ħin ta' mużika u żfin.". Grazzi lil dawn l-għaqdiet li tant ixerrdu pariri u ideat li żgur xi waqt jew ieħor insibuhom utli.