Il-paġna Armed Forces of Malta (AFM) ippubblikat dwar rapport li sar kmieni dalgħodu. F'dan ir-rapport isemmi persuna, milli jidher bugħaddas, li sabet ruħha f'diffikultà waqt li kienet fil-baħar. Huma kitbu, 

"Aktar kmieni dalgħodu, Armed Forces of Malta (AFM) irċieva telefonata permezz tal-112 minn xi ħadd li rrapporta persuna li tinsab f’diffikultà f’sit fejn jgħoddsu qrib iċ-Ċirkewwa. RCC Malta immedjatament bagħtet l-assi tagħha fil-post, u b’suċċess salvaw lill-bugħaddas b'mod sigur."

Ir-rapport ikompli, "Il-bugħaddas ġie rreferut lill-persunal mediku fl-Imġarr, Għawdex, għal aktar għajnuna. Il-bugħaddasa l-oħra kollha mill-istess grupp għawmu mingħajr periklu lejn ix-xatt u ħadu ħsiebhom."

Prosit tax-xogħol iebes li dejjem tagħmlu!

Facebook/ The Malta Police Force


Kyle Zarb