Il-kunsillier mill-kunsill lokali tal-Mellieħa Ivan Castillo għadu kemm xeħet fuq il-midja soċjali att vandalu li seta' ġie evitat.

Xi ħadd għoġbu jaqbad u jivvandalizza stejġ tal-linja billi jħażżeż u jikteb fuq il-ħġieġ. Il-kunsillier għamel dmiru ta' ċittadin leali u rrapporta lill-pulizija. Hu stess kiteb dan: "Il-vandaliżmu jkompli... x'ħadt b'daqshekk? XEJN. Għamilt rapport uffiċjali lill-pulizija". 

fd

Kellna bżonn ilkoll nieħdu l-eżempju ta' Ivan u nagħmlu dmirna wkoll u nirrappurtaw fejn naraw atti bħal dawn. Prosit tassew lil dan il-kunsillier responsabbli.


Kyle Zarb