Diffiċli tinsa l-kanzunetta mill-isbaħ Deja Vu, lill-kantanta li kantatha Olivia Lewis, kif ukoll il-famuża libsa ħamra twila twila li rajna f'dik is-serata!

Deja Vu kienet kanzunetta fuq kliem ta' Gerard James Borg u mużika ta' Philip Vella. Iżda l-awtur ta' din il-kanzunetta ma kienx biss l-moħħ wara l-kliem, imma wkoll wara l-istess libsa ħamra twila li libset Olivia fl-2005!

Fil-fatt Gerard ftit ilu fuq Facebook tefa' sett ta' disinji ta' lbiesi li krea hu stess madwar 20 sena ilu. Dik tal-aħmar mhi xejn ħlief l-idea oriġinali għal-libsa li kellha Olivia waqt Deja Vu.

Apparti dan kollu skoprejna wkoll li waħda mill-ilbies li ddisinja Gerard spiċċat anke fuq il-faċċata ta' magazin internazzjonali tal-moda magħruf bħala Burda

gf

Tassew għandna talent f'pajjiżna! Proset kbira lil Gerard għas-suċċess li kiseb f'dan il-qasam, u ovvjament għall-idea brillanti li ħareġ biha biex rajna libsa daqshekk oriġinali 15-il sena ilu!

Ritratt: Gerard James Borg


Kyle Zarb