Il-paġna Is-Servizz Pubbliku ftit ilu ħabbret il-kompetizzjoni 'X'tixtieq issir la tikber?' fejn diversi tfal qalu dak li jixtiequ w jaspiraw li jkunu qed jaħdmu meta jikbru. Fosthom kien hemm erbat itfal li spiċċaw fil-kamra tal-aħbarijiet. Dawn jixtiequ jsiru ġurnalisti la jikbru

Ta' min jgħid li kien hemm ħafna tfal li marru f'postijiet oħra, u esperjenzaw l-ambjent li fih qed jaspiraw li jaf ikunu qed jaħdmu għada pit għada. Il-paġna ta' Is-Servizz Pubbliku ħadet ħsieb tieħu anke ritratti għall-okkażjoni. 

Apparti l-ġurnalisti u dawn t'hawn fuq li xtaqu jsiru suldati, kien hemm min jixtieq isir kaptan, oħrajn veterinarji, oħrajn kuraturi, oħrajn f'xi karriera fl-IT, u kien hemm minnhom qalu li jixtiequ jsiru pumpiera u inġiniera. 

Dawn huma xi wħud minnhom. Tista' ssib aktar ritratti u tiskopri x'jixtiequ jsiru dawn it-tfal li ħadu sehem fil-kompetizzjoni la jikbru. Agħfas HAWN biex tara oħrajn. Minn qalbna nawguraw lil dawn it-tfal kollha futur mimli suċċessi u ngħidulhom prosit ta' din l-esperjenza li kellhom!


Kyle Zarb