Għada l-Ħadd waqt il-programm Ħadd Għalik ser ikunu qiegħedin jilgħabu t-tfajliet kontra l-ġuvintur. 

Ser inkunu qiegħedin naraw bosta uċugħ familjari. Mat-tim tat-tfajliet ser ikun hemm Shanaia Montebello, Thea Tedesco, il-kantanta li rrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision 2019 Eliana Gomez Blanco kif ukoll Martina Galea Loffreda, it-tifla ta’ Antonella Galea Loffreda u Joseph Galea. 

fg

Mat-tim tal-ġuvintur ser ikun hemm Aiden Aquilina, Cohen Kieran Farrugia, it-tifel ta’ Joseph Armani u l-iżgħar DJ li qatt daqq f’Tomorrow Land, Denzel Armani, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas it-tifel ta’ J Anvil Craig Vella!

fg

Tinsewx! Segwu Ħadd Għalik għada l-Ħadd bejn 12:10pm u t-15:00pm fuq TVM. Programm li ma tistgħux titilfu!


Kyle Zarb