Bjorn Formosa għadu kemm tefa' post fuq il-profil tiegħu dwar żjara ħelwa u differenti minn tas-soltu dalgħodu u li tant missitlu qalbu. Fekruna ċkejkna jidher li għoġobha l-uffiċċju ta' Bjorn u spiċċat fuq idejh tipprova timxi, "Kemm ħadt pjaċir nħossha taraxxli idejja filwaqt li b'determinazzjoni tipprova timxi fuqi! Ħelwin wisq! Jekk int bhali tħobb l-annimali, madwar 21 fekruna jixtiequ l-imħabba u l-għożża."

Bjorn jieħu din l-okkażjoni biex jesprimi l-imħabba li għandu lejn l-annimali kollha, u jistieden lill-pubbliku biex jekk jaħseb li jista' jkun ta' sostenn għalihom u jagħtihom trobbija xierqa, jadotta fekruna. Jekk persuna tkun imħajra tista' tidħol HAWN biex tagħti d-donazzjoni.

Bjorn ikompli, "Xħin timla' d-dettalji nibgħatulek l-informazzjoni minn fejn tista' tiġbor waħda minn dawn il-fkieren. Importanti li qed infittxu nies li lesti verament jieħdu ħsieb dawn il-kreaturi tant ħelwin."


Kyle Zarb