Waqt il-programm Serataron ilbieraħ kien hemm mistiedna l-kantant Gianni, l-attriċi u preżentatriċi Taryn Mamo Cefai kif ukoll il-maħbuba Soraya!

Mid-dehra Ronald Briffa ħalla f'idejn Soraya biex tqaxxarlu xagħru. Waqt li kienet qed tagħmel dan ġietha idea ħelwa kif tista' tqaxxarhielu! Dan billi tagħmillu parti minn ismu u minn isem il-programm stess: RON.

Żewġ għażliet għandu issa; jew ikompli jqaxxar id-dawra jew iħallieha hemm biex kull min jarah minn wara jinduna x'jismu mill-ewwel!

Araw kemm ġiet tajba! Titħajru tagħmlilkom parti minn isimkom ukoll f'xagħrkom?


Kyle Zarb