Ilbieraħ ġie inawgurat monument ta’ Karmenu Mifsud Bonnici fil-Belt Valletta. Mifsud Bonnici hu eks Prim Ministru ta’ Malta, hu twieled fit-17 ta’ Lulju 1933 u miet fis-5 ta’ Novembru 2022.
Hu kien Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1984 u l-1987, wara Dom Mintoff, u kien magħruf għall-ħidma tiegħu fil-Partit Laburista u għall-istil tiegħu bħala mexxej kalm u determinat.
Dr. Lydia Abela kitbet, “Karmenu Mifsud Bonnici kien politiku ta’ qalb kbira u vuċi b’saħħitha għall-ħaddiema. Bil-monument li ġie inawgurat, komplejna nagħtu ġieħ lil-legat tiegħu.”
Mill-banda l-oħra Steven Dalli kiteb, “Jekk hawn politiku li żgur jistħoqqlu monument huwa Karmenu Mifsud Bonnici. Bniedem umli, spalla soda tal-ħaddiem li dejjen tela’ t-telgħa ma dawk kollha li kellhom bżonn.”
Hu żied, “Bħala persuna li nħobb l-istorja politika, kuntent ħafna li stajt nagħti l-kontribut ċkejken tiegħi, billi ġejt fdat li mmexxi artistikament din is-serata flimkien ma tim tal-ġenn warajja!”
Żgur li t-tifkira tiegħu se tibqa’ għal dejjem.