Rajnieh f'Mużika Mużika u anke fil-Malta Eurovision u sirna nafuh bħala Miguel Bonello iżda fl-2025, hu se jkun qed ibiddel l-isem legali tiegħu għal Miguel Bonello Stewart. Għadu mhux magħruf jekk Miguel hux se jkun qed juża ż-żewġ kunjomijiet bħala stage name iżda hu qasam din l-aħbar ma' sħabu u s-segwaċi tiegħu fuq il-profil ta' Facebook.
Miguel ilbieraħ kiteb, "Nagħlaq is-sena tal-2024 bil-kunjom il-ġdid legali tiegħi bħala Bonello Stewart! Bidla li ilni bi ħsieb li nagħmilha għal dawn l-aħħar snin. B’dan il-kunjom ġdid, issa qed ninkludi l-kunjom tan-nannu tiegħi bħala mod biex nonora l-memorja tiegħu."
Sinjal ta' rispett mill-isbaħ u bidla sinifikanti.
Facebook / Miguel Bonello Stewart