L-avventura ta' HazZzard ħadet żvolta differenti hekk kif it-tim u l-parteċipanti kienu involuti f'inċident ikrah li fih indarrbu xi membri wkoll. Ix-xokk fuq wiċċ il-parteċipanti kien jidher ċar u x-xena ma kienet xejn sabiħa!
It-tim ta' HazZzard jikteb, "Aħna mnikktin ħafna li naqsmu magħkom li waqt il-ġbid tal-programm seħħ inċident sfortunat. Is-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti u l-membri tat-tim tagħna dejjem kienu prijorità assoluta għalina, u aħna grat ħafna għall-azzjonijiet immedjati meħuda mit-tim mediku tagħna, il-gwidi, u kull min kien fuq il-post li għen u kien lest jassisti."
It-tim ta' HazZzard ikompli billi jgħid, "Diversi individwi, inklużi parteċipanti u membru tat-tim tagħna, weġġgħu waqt dan l-inċident. Aħna lllum nistgħu naqsmu magħkom li dawk kollha li kienu midruba issa fiequ kompletament."