L-attriċi magħrufa Rachel Micallef nafuha wkoll għall-passjoni li għandha fejn jidħlu eżerċizzji fiżiċi, work-outs eċċetra.

Ftit ilu Rachel qassmet magħna fuq il-midja soċjali ftit ideat tal-ġenn għall-koppji biex dawn iżommu ruħhom attivi fil-veru sens tal-kelma, flimkien. Hi preżentatilna dawn l-ideat permezz ta’ dawn il-filmati t’hawn taħt fejn hi flimkien mal-kollega Gordon Ciantar qed juruna diversi tipi ta’ eżerċizzju fiżiku li l-koppji jistgħu jagħmlu flimkien.

Hi tassew idea tajba speċjalment f’dawn il-mumenti li qed inqattgħu aktar ħin ġewwa milli barra. Min jitħajjar?!

Facebook/ Rachel Micallef


Kyle Zarb