Filmati li ħarġu mill-programm Wonderball, li jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, juru żewġ pari ta' kontestanti jeħlu f'mistoqsijiet partikolari.

Fl-ewwel filmat, il-preżentatur, Etienne Schembri, staqsa: "Fejn kienu ntefgħu ż-żewġ bombi atomiċi li bihom twaqqfet it-Tieni Gwerra Dinjija?" Il-kontestanti donnhom tħawdu, u minflok qalu li l-bombi atomiċi twaqqgħu fuq Hiroshima u Nagasaki fil-Ġappun, qalu li twaqqgħu fuq il-Birgu. Malli sema' din ir-risposta, Schembri qal, "Le, x'Birgu. Kieku 'qas għadha teżisti Malta."

F'programm ieħor, Schembri staqsa lil par ieħor ta' kontestanti: "Fejn jinsabu l-iStonehenge?" Għal darb'oħra, il-kontestanti reġgħu ħawdu post barrani ma' wieħed Malti, u minflok qalu li jinsabu l-Ingilterra, wieġbu, "L-Imqabba?"


Gwida.mt