Il-mudella ċkejkna Francesca Rausi għadha kif ġiet mistiedna minn disinjatur internazzjonali Korn Taylor biex timmudella b'ilbies mill-isbaħ waqt l-isfilata li kellu f'Piazza Duomo, Milan. Fil-fatt Francesca mmudellat waqt l-avveniment tal-kollezzjoni tas-sajf tiegħu f'Milan u kienet anke mistiedna għal programm tiegħu fuq it-televiżjoni.

Francesca f'dawn l-aħħar snin kien qed ikollha diversi opportunitajiet prezzjużi immens, u li żgur ħallew marka fil-karriera tagħha. Din kienet waħda minn dawk l-okkażjonijiet fejn il-mudella ċkejkan kompliet turi t-talent lokali.

hj

Diversi filmati ttieħdu waqt il-prestazzjoni li tat, u tidher biċ-ċar il-kunfidenza tagħha. Kien hemm diversi reazzjonijiet pożittivi. Fil-filmat t'hawn taħt Francesca tidher f'waħda mill-mixjiet tagħha b'diversi persuni preżenti jistagħġbu bit-talent tagħha.

Fil-filmat t'hawn taħt nistgħu naraw uħud mir-reazzjonijiet ta' Francesca fil-backstage qabel tat il-prestazzjonijiet tagħha. Il-mudella ċkejkna tidher tant ħerqana u eċitata biex toħroġ u timmudella. Hi tindirizza lil dawk kollha li jsegwuwha, u anke titfagħlhom bewsa.

Bravissima Francesca! Kompli sejra hekk!


Kyle Zarb