Jamie Cardona kellu biċċa xogħol għall-ewwel t'April. Fuq il-paġna ta' 89.7 bay ttella' filmat fejn Jamie kellu jilgħabha ta' rapreżentant minn kumpanija fejn bdew ifittxu influencers u personalitajiet li setgħu jirreklamaw prodotti relatati mas-sess. 

Fil-fatt Jamie beda jistaqsi lil dawn il-personalitajiet humiex lesti jirreklamaw dan il-prodott. Ħafna kienu xxukkjati b'xi ħaġa bħal din u oħrajn b'mod naturali qabadhom id-daħk. Araw daqsxejn kif żvolġiet din iċ-ċajta.


Kyle Zarb