Ma tistax ma tarahx dan il-filmat. Ajma xi ġmiel! It-tewmin ta' 10 xhur Stefano u Francesco jidhru ħadu gost mhux ħażin.

Tkellimna ma' ommhom Alessandra u qaltilna li hi flimkien ma' żewġha David jippruvaw joħolqu ezerċizzji ħelwin li lit-tfal jgħallimhom ukoll sa minn din l-età ċkejkna. Fil-fatt Alessandra hija speċjalizzata fis-snin bikrin tat-tfal!

Użaw drapp 'chiffon' ikkulurit; saħansitra f'waqt minnhom xarbuh ħalli jħossu d-differenza tiegħu. Purament festa ta' kuluri u moviment għat-tewmin. "Xalata sħiħa għamlu Stefano u Francesco", qaltilna Alessandra.

Kemm huma sbieħ dawn il-mumenti. Grazzi lill-ġenituri li tawna permess naqsmu dawn l-attivitajiet mal-pubbliku għaliex jagħtu ideat sbieħ u ferrieħa.

Insellmulhom liċ-ċkejknin; la jikbru jgħidu ara ta' 10 xhur konna diġà fuq il-Gwida. U ħa ngħidlek, għandhom il-fans e!

Ritratt: Facebook/ Alessandra Bazlan


Clifford Galea