Bħalissa qed infittxu wieħed jismu Salvu Buttigieg, li kien joqgħod Ħal Lija imma issa jgħix f’Ħaż-Żabbar. Ġo dar tal-anzjani f’Mackay Queensland fl-Awstralja hemm oħtu, xwejħa Maltija jisimha Mikelina, jew Kelina fil-qasir, li qed tipprova tikkuntatjah imma m’għandhiex mod kif.

kelina
Ritratt: Facebook/Maltese People in Malta all by Lillian Chetcuti Riolo

Lillian Chetcuti Riolo, il-mara li kienet qed iżżur din id-dar tal-anzjani fl-Awstralja, iddeiċidiet li tiġbed filmat ta’ Kelina u xxerdu Facebook, biex forsi jinstab Salvu.

Jekk jinstab Salvu, Kelina għandha messaġġ għalih: “Salvu, jien oħtok Kelina. Kif inti? Imradt ħafna u xiħa ħafna jien issa. Imma xi trid tagħmel. Jieħdu ħsiebna ħafna u qiegħda kuntentissima hawnhekk. Inħobbok, sellili għat-tfal u sellili għal kulħadd…

“U grazzi lis-sinjorina li qiegħda tagħmilli dal-vidjow. Il-Bambin itik grazzja li jbierkek binti u jixhed il-barka tiegħu fuqek u fuq il-familja.”

Għinuna biex forsi nsibu lil ħu Kelina ħalli jkun jista’ jkellem lil oħtu għal darb’oħra. Id-dar tal-anzjani hija dik tas-sorijiet ta’ San Frangisk t’Assisi ġo Mackay Queensland.

Facebook/Maltese People in Malta all by Lillian Chetcuti Riolo


Nicole Barbara