Team Maximum Lock jiftħu t-tielet episodju ta' Malta's Got Talent! Prestazzjoni impressjonanti ffilmjata minn qabel. Ġirja bil-karozza kif narawha biss fil-films, bi preċiżjoni liema bħalha fejn jiġu għall-parking. Ftuħ eċċezzjonali għat-tielet programm!

"Hawn ta' min javża lil tad-dar biex ma jippruvavhiex!" jgħid Ray filwaqt li jgħidilhom kemm jogħġbuħ. Sarah issemmi l-fiduċjal li għandhom flimkien bħala tim. Maxine tgħid li qatt ma rat xi ħaġa hekk f'ħajjitha. "il-kunċett tal-football, kienet xi ħaġa li tagħmel sens" jgħid Howard. 

4 'IVA', livell internazzjonali!


Anthony Baldacchino