Il-paġna uffiċjali Malta, News, Photos and People għadha kemm xerrdet għadd ta' ritratti li juru s-sitwazzjon kerha li qegħdin fiha n-nies f'Katanja, Sqallija. Jidher li x-xita qawwija ħolqot għargħar kbir, ammont esaġerat ta' ilmijiet. 

Is-sitwazzjoni serja minħabba t-temp hi meqjusa bħala emerġenza f'diversi żoni qrib Katanja wkoll, u hemm allarm sħiħ fost il-pubbliku. Ħafna karozzi qed jispiċċaw mgħerrqin fl-ilma għoli tax-xita.

Fil-filmat t'hawn fuq tistgħu taraw aktar is-sensazzjoni tal-waħx li hemm bħalissa.


Kyle Zarb