L-Għarusa jibqa' fost l-aktar sensiliet li jibqa' jissemma, produzzjoni ta' livell għoli, u kif ukoll li ħadu sehem fiha atturi maħbuba u b'esperjenza twila. 

Il-paġna ta' TVM għadha kemm xerrdet filmat li juri xi mumenti ħelwin waqt l-iffilmjar tas-siensiela, kif ukoll jidhru jieħdu xi żbalji 'l hemm u 'l hawn. Waqt il-programm speċjali fuq TVM l-atturi jidhru qed isegwu uħud minn dawn il-mumenti waqt li jidħku xi daħka flimkien. 

Tista' ssegwi L-Għarusa mit-Tnejn sal-Ħamis, mis-14:00 sat-15:00 fuq TVM


Kyle Zarb