Strada Stretta jibqa' fost l-iktar produzzjonijiet lokali msemmija matul iż-żmien. Bla dubju kien ħalla impatt qawwi fuq it-telespettaturi li segwew, u l-karattri kienu tant għal qalbhom.

Xena ħelwa ġiet imxerrda fuq il-paġna uffiċjali TVM fejn naraw liż-żewġ amorini Reno u Paula, sid il-bar ta' Strada Stretta. Jekk tiftakru sew għal xi żmien dawn it-tnejn kienj meqjusin bħala żewġ għarajjes, li tant iggustawhom it-telespettaturi Maltin u Għawxin.

Erġa' ġedded il-memorji u ara din ix-xena mill-passat. 


Kyle Zarb