Bil-Filmat: "Xahar Mill-Isbaħ Ġurnata Ta' Ħajjitna" – Sarah Zerafa

Sarah Zerafa u żewġha David taw kelma lil xulxin propju bħal-lum xahar. Memorja li ser tibqa’ fost l-aqwa li qatt kellhom. Sarah kitbet kelmtejn biex tfakkar dan il-jum kif ukoll filmat li juri diversi mumenti ħelwin miċ-ċelebrazzjoni.

“Xahar mill-isbaħ ġurnata ta’ ħajjitna… kollox għadu jinħass qisu ħolma … nixtieq nista’ ngħix kull mument,” kitbet Sarah. Fit-tieġ jidhru fost l-oħrajn il-mument ta’ wara ċ-ċerimonja tagħhom ġewwa l-Belt Valletta, kif ukoll iċ-ċelebrazzjoni ma’ dawk viċin tagħhom, fosthom bridesmaids ta’ Sarah.

Awguri lil Sarah u David!

View this post on Instagram

A post shared by Sarah Zerafa (@sosazerafa)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI