Il-paġna Gadgets fl-okkażjoni ta' jum in-nisa fl-ICT/IT, ħejjew filmat tajjeb ħafna fejn pijunieri fid-dinja tal-IT, bla ebda tlaqlieq jagħtu diversi raġunijiet għaliex hemm bżonn ta' aktar nisa f'dan is-settur.

Kellhom kliem ta' tifħir fosthom li n-nisa kapaċi ħafna biex jużaw l-aħjar metodi għad-dħul u għandhom attitudni realistika. Apparti minn hekk iżidu li fost l-aħjar mexxejja ta' kumpaniji, huma nisa. Iħeġġu biex iktar nisa huma interessati f'dan is-settur, jaħtfu l-okkażjoni, għax hemm bżonn ta' aktar nisa li jissieħbu fid-dinja tal-IT.


Kyle Zarb