It-tumble Dryer saret apparat li ma tgħaddix mingħajru, l-iktar fis-staġun tax-xita u l-maltemp. Waqt Ta' Filgħodu tkelle ma' Ray Attard in-negozjant Kurt Micallef  u spjega diversi informazzjoni fid-dettall dwar l-użu.

Kurt isemmi li dan hu apparat li għandu l-konsum baxx ħafna. Fih aktar sens ta' iġene, u meta tonxor u tevita li tesponi l-ħwejjeġ tiegħek għat-tniġġis ta' barra eċċ. Isemmi kif l-importanza tal-iġene ġiet aktar reinfurzata, l-iżjed f'dawn is-sentejn ta' pandemija, u minkejja ma nħoloqx minħabba l-Covid-19, huwa apparat li ħa jneħħi l-mikrobi kollha kompletament. 

Huwa ideali minħabba t-temp, tista' titfa' load ħwejjeġ xħin trid, ikun x'ikun it-temp ta' barra u s-sitwazzjoni fuq il-bejt tiegħek. It-tumble dryers għandhom programm ideali, li żżomm is-sħana kontistenti. Tqassam il-ħasil fin-naħa tal-lemin u n-naħa tax-xellug, kwarta u kwarta irrispettivament. 

Isma aktar fl-intervista. 


Kyle Zarb