Il-produzzjoni Illaħwa! tista' tgħid laħqet udjenza kbira wara ġimgħat minn meta bdiet! Tinsab fuq fomm ħafna segwaċi u l-karattri tas-sitcom tista' tgħid diġà serqu l-qlub ta' bosta Maltin u Għawdxin.
Jamie Cardona u t-tim kollu ta' Illaħwa għadhiom kemm żvelaw filmat speċjali li diversi telespettaturi jidher li kienu qed jitolbu. Ftit sigħat ilu ġew żvelati uffiċjalment il-kliem tal-lirika tas-sigla li kull nhar ta' Tnejn qed nisimgħu qabel u wara kull episodju ta' Illaħwa.
Jamie Cardona bħala l-moħħ wara din il-produzzjoni xerred il-filmat bil-lirika u qal "Jekk smajtha mitt darba fix-shower, ftit." U bir-raġun hux! X'taħsbu?! Isimgħu hawn taħt. Prosit lil Noah Fabri tal-lirika u kompożizzjoni eċċellenti!