Kien proprju 8 snin ilu, meta David Ruggier kien parteċipant fuq il-programm ta' Carlo Borg Bonaci, "Kwiżżun". Dakinhar David qasam lil kulħadd bid-daħk bid-daħka ħelwa tiegħu.

David minn dakinhar kien mistieden f'ħafna programmi iżda qatt ma reġa' għamel id-daħka unika tiegħu. Biss ilbieraħ waqt 'Serataron' reġa' għamilha! Ara ftit il-filmat:

Fil-programm, kien hemm mistieden Pawlu Borg Bonaci li flimkien mal-preżentatur Ron Briffa bdew jgħidu ċ-ċajt u jimitaw lin-nies. David fl-aħħar ma felaħx aktar iżomm id-daħk u reġa irrepeta dak li għamel 8 snin ilu... Anzi din id-darba iktar! Idħaq ftit!

'Serataron' jirritorna nhar il-Ġimgħa fid-9:00pm fuq TVM.


Anthony Baldacchino