Il-vuċi ta' Griż u ta' Minnie minn Mini Bugz, Toni Busuttil jitkellem dwar il-fatt li se jkun qed jirritorna għall-programm tat-tfal fuq Perlina TV. Toni jistqarr, "Wara 15-il sena ser nerġa' nagħmel programm bil-pupazzi għat-tfal!"
Perlina TV jikbtu, "Vuċi li akkumpanjat lil bosta minna fi tfulitna issa ser terġa' tferraħ ġenerazzjoni ġdida fil-programm Frattarija - Xow tal-pupazzi bil-Malti li ser jitwassal esklussivament fuq il-pjattaforma Perlina TV mill-aħħar ta' Novembru!"
Toni jgħid li hu ħerqan li jirritorna jagħmel dak li tant iħobb jagħmel. Minkejja li kellu xi dubju fil-bidu, minħabba li l-ħidma hija kemxejn differenti minn kif ħadem qabel, iddeċieda li jidħol għal din l-isfida u jemmen li l-proġett se jkun ta' suċċess.
Hu jikteb, "Kemm inħossni onorat li qed naħdem magħkom, inħobbkom wisq. Grazzi Justin Farrugia u Steven Dalli. Justin mill-banda tiegħu jistqarr, "Toni Busuttil minn dejjem kien ta’ ispirazzjoni għalina, flimkien miegħu u tim ta’ nies inkredibbli qegħdin inwasslu xi ħaġa speċjali!"
Ħerqana biex naraw dan il-proġett!
Facebook / Perlina TV