Stephanie Spiteri kienet il-mistiedna ta' Ryan fuq Sibtek, magħha l-preżentatriċi ħadet tnejn mill-aktar minn nies li din juruha sapport f'ħajjitha, il-partner tagħha Kartal u t-tifel tagħha Michael! Is-sena li għaddiet kienet waħda diffiċli ferm għal Stephanie minħabba t-telfa li ġarrbet, dik tal-għażiża ommha.
Steph tistqarr li imnalla kienu hemm għaliha Kartal u Michael, ta' dan hi verament grata. Kartal hu ta' influwenza pożittiva ferm f'ħajjet Stephanie. Hu persuna pożittiv immens u dejjem jara li Stephanie tkun pożittiva wkoll, mhux l-ewwel darba li jkun hu ta' spalla ta' faraġ u jagħmillha kuraġġ!
Kartal jgħid li dawn l-aħħar erbatax-il sena li ilhom flimkien, saru ħafna aktar bħal xulxin - hu jistqarr dan b'mod pożittiv! Kif ħafna jafu, Steph mhux xi waħda li tħobb ħafna titkellem fuq il-ħajja personali tagħha speċjalment fuq il-midja soċjali. Hi kuljum fuq it-televiżjoni allura tħobb li jkollha ftit il-ħajja privata tagħha imma meta Ryan u Josmar staqsewha biex ġġib żewġ persuni speċjali għaliha, ħadet lil Kartal u Michael.
JJ Chircop